Kultant tistaqsi lilek innifsek,

Għaliex jiġi żmien ta’ dlam,

Imbagħad issib warajk lil Puttinu,

Itaffilek dan l-imrar.

Mill-minuta tal-aħbar li tieħu,

Ħajtek tinbidel f’temp ta’ riefnu,

Tħoss id-dinja nieżla fuqek,

Tiġi biss b’ta’ fuqek senduqek.

Fil-pront tidħol ġo familja,

Ġo familja b’tant imħabba,

Puttinu, li jtik ħeġġa u kuraġġ,

U miegħek jimxi dan il-vjaġġ.

F’dil-familja hemm tliet Anġli,

Wieħed fis-sema u tnejn fl-art,

Bħal dan-nies jien qatt ma rajt,

Jgħinuk f’kollox u jwiegħduk it-talb.

Grazzi Grazzi minn qiegħ qalbi.

Jien sa nżommkom dejjem f’talbi.

INĦOBBKOM

Antonella Rogers