Leon has just turned 5 years old, and his family donated €720 to Puttinu Cares to help families. Thank You for this noble gesture.
Leon’s parents said, “Although this experience fell upon us unexpectedly and we never imagined ourselves in this situation, we would love to thank our family, relatives, friends and all those who one or another supported us during this difficult time. But mostly we would love to thank all the staff at Rainbow Ward and all the doctors who took care of our son and assisted us in anything we needed. We only have Puttinu to thank for all this as they did all possible to see our son happy and smiling. We do not have enough words to thank you.
Remember to donate on Good Friday to help Puttinu
——-
Leon għadu kif għalaq 5 snin u l-familja tiegħu taw id-donazzjoni ta’ €720 lil Puttinu Cares sabiex jgħinu iżjed familji. Grazzi immens ta’ dan il-ġest verament nobbli.
Il-ġenituri ta’ Leon qalulna, “Għalkemm dil-marda ġiet fuqna ħabta u sabta u qatt ma konna noħolmu li se jkollna ngħaddu minn din is-sitwazzjoni, nixtiequ nirringrazzjaw lill-familja tagħna, qraba, ħbieb u dawk kollha li b’xi mod tawna sapport waqt dan iż-żmien diffiċli. Imma b’mod speċjali nixtiequ nirringrazzjaw lin-nersis u t-tobba kollha li ħadu ħsieb lit tifel tagħna speċjalment lill-istaff kollu ta’ Rainbow Ward li f’dan iż-żmien diffiċli mexxewna pass pass u tawna l-għajnuna u l-kuraġġ li kellna u għandna bżonn. Barra minn hekk, fiż-żmien li konna l-isptar, ma ħassejniex li konna ma’ barranin għax minn pazjenti spiċċajna familja u ta’ dan nixtiequ nirringrazzjaw lil Puttinu minn qalbna għax isir minn kollox biex iż-żgħir tagħna jkun ferħan u dejjem bid-daħka fuq wiċċu. M’għandniex kliem biżżejjed biex nirringrazzjawkom kollha.
Ftakru biex fil-Ġimgħa l-Kbira tgħinu lil Puttinu