Jiena Noel Buġeja u ġejt bżonn lil Puttinu 12-il sena ilu meta marditli t-tifla. Domna tmien xhur l-Ingilterra fejn qgħadna fi blokka ta’ appartamenti li kien krielna Puttinu f’Sutton, peress li l-appartamenti f’Cheam Road kienu kollha okkupati. Puttinu ħa ħsieb ta’ kollox. Fetaħli jdejh beraħ għal kull għajnuna. Lit-tifla tlifnieha imma Puttinu baqa’ jsegwina. 6 snin wara mradt jien u erġajt sibt l-għajnuna minn dan il-miraklu ta’ Puttinu. Ħbieb, fil-Ġimgħa l-Kbira, aktar minn qatt qabel, ftakru ftit f’Puttinu. Il-kontribuzzjoni tagħkom tfisser ħafna.

Grazzi mhux biżżejjed għeżież Angele u Rennie. Nibqa’ nħobbkom u nibqa’ grat lejkom tul ħajti kollha.

—-

I am Noel and my family needed the assistance of Puttinu 12 years ago when my daughter was diagnosed.  We stayed in apartments rented for us, in Sutton, by Puttinu, because the apartments in Cheam Road were fully occupied.  Puttinu took care of it all. I can openly say that Puttinu did it all for me and my family. Unfortunately, we lost our daughter, but Puttinu kept assisting us. 6 years later I was diagnosed as well, and once again Puttinu assisted us all the way.  I appeal to you all today to do your part on Good Friday. Remember Puttinu. Your contribution means a lot to those who need it.

Thanking Angele and Rennie will never be enough. I will never forget what you have done with my family till I live.