Jiena Bronia u meta kelli 37 sena ħarġitli lymphoma. Ħadt il-kimoterapija hawn Malta u fiqt. Wara 8 snin kelli wġigħ fl-irkoppa u wara testijiet indunaw li l-kanċer reġa’ tfaċċa. Iżda din id-darba kelli bżonn li nitla’ l-Ingilterra. Kif kellimt lil Puttinu mill-ewwel sibt spalla fuq xiex inserraħ. Ħadt il-kimoterapija hawn Malta u tlajt l-Ingilterra. Hemmhekk għamilt trapjant miċ-ċelloli tiegħi stess. Suppost kelli ndum xahrejn iżda nqalgħuli xi kumplikazzjonijiet u kelli ndum hemm 4 xhur u nofs. Puttinu dejjem kien hemm għalija u m’hemmx kliem biżżejjed biex infisser il-gratitudni tiegħi lejn Puttinu, l-iktar lejn Fr Joseph u lejn Fr Mario. Inħeġġiġkom biex tgħinu kemm tistgħu fil-Ġimgha l-Kbira

Grazzi mill- Puttinu

I am Bornia and at 37 I was diagnosed with lymphoma. I was prescribed chemotherapy and got better.  After 8 years I felt a pain in my knee and after several tests it was revealed that the cancer was back, only this time round I needed treatment in the UK.  Puttinu helped immediately.  I had chemotherapy here in Malta and then went to the UK, where I had cell transplant from my own cells. Supposedly I was to spend 2 months but there were complications that lengthened my stay to 4 and a half months.  Puttinu was always there for me and there are no words to express my gratitude, especially to Fr Joseph and Fr Mario.  I encourage you to help as much as possible during the marathon on Good Friday

Thank You from the  Puttinu