Madwar disa’ snin ilu lill-mara tiegħi, Josefa, sabulha marda rari ħafna. F’dawn l-aħħar disa’ snin tlajna għal aktar minn 45 darba Londra biex tirċievi kura speċjalizzata. Kull darba li tlajna għall-kura dejjem sibna lil Puttinu warajna u dejjem provdewlna akkomodazzjoni mingħajr ħlas. Dan ix-xahar kien imissna nerġgħu mmorru Londra iżda l-appartamenti kienu kollha mimlijin u għalhekk kellna nsibu fejn nikru. Spiża kbira għax il-kirjiet ġewwa Londra huma għoljin ħafna. Għalhekk huwa importanti li tgħinu lil Puttinu bid-donazzjonijiet tagħkom ħalli jkunu jistgħu jibnu aktar appartamenti għall-pazjenti Maltin li jmorru Londra għall-kura. Grazzi bil-quddiem.
—-
About nine years ago, my wife Josefa, was diagnosed with a rare disease. During these years we have travelled 45 times to London so Josefa could receive specialized care. Every time we went visited Puttinu was there to support us and provide us with free accommodation. This month was once again the time for us to visit but we had to find accommodation ourselves since all the apartments belonging to Puttinu were occupied. It was a big expense as renting property in London is extremely expensive. It is therefore our plea to all for help and donations towards Puttinu this Good Friday. It will all go to patients receiving specialized care in London. Thank You all.