Illum 10 ta Gunju 2022 sar l-iffirmar mill-fondazzjoni Puttinu Cares tax-xiri propjeta ohra ghal pazjenti gewwa ic-centru ta Londra. Angele Cuschieri President u Rennie Zerafa CEO iffirmaw ufficjalment ix-xiri ta din il-propjeta. Ic-ceremonja ta l-iffirmar saru gewwa l-Ambaxxata ghal Malta fl-Ingilterra. Fix-xhur li gejjin, din il-propjeta li se tigi refurbished u finalment tkun mghammra bi 23-il appartament ghal uzu tal-pazjenti u l-familjari b’xejn. Dan il-proġett, fiċ-ċentru ta’ Londra, huwa stmat li ħa jiġi jiswa madwar 20 miljun sterlina sabiex jitlesta. Prezenti ghall-iffirmar kien hemm il-mara tal-Prim Ministru Dr. Lydia Abela kif ukoll l-High Commissioner gewwa l-Ingilterra l-Ecellenza Dr. Manuel Mallia. Din il-binja ser tkun imsemmija ghat-tabib Dr. Victor Calvagna.
Il-fondazzjoni Puttinu Cares twaqqfet fl-2002, minn Dr. Victor Calvagna u Rennie Żerafa, sabiex tgħin tfal morda bil-kanċer. Kull min kellu bżonn isiefer dak iż-żmien għall-kura ried ifittex u jħallas appartament sabiex joqgħod fih matul iż-żmien li jkun barra minn xtutna għall-kura. Għal dan il-għan Puttinu Cares, bl-għajnuna u bil-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi bdew jinxtraw appartamenti ġewwa Sutton qrib l-isptar Royal Marsden. Tul is-snin Puttinu fetaħ l-għajnuna għaż-żgħażagħ u l-adulti.
Minħabba li r-rata ta’ pazjenti li jitilgħu għall-kura ġewwa l-Ingilterra żdietet matul is-snin, id-domanda għall-akkomodazzjoni żdiedet ukoll. Għalhekk ittieħdet l-inizjattiva minn Puttinu Cares li jsir studju ta’ kemm u fejn jitilgħu l-iżjed il-pazjenti u rriżulta li l-maġorranza ta’ pazjenti jżuru sptarijiet fiċ-ċentru ta’ Londra fosthom Great Ormond Street Hospital, Moorefields u National Hospital for Neurology. Wara ħafna snin ta’ tfittxija u diffikultajiet inxtrat binja li hija 10 minuti bil-mixi miċ-Ċentru ta Londra. Dan Din il-binja hija ukoll 10 minuti il-boghod bil-mixi mill-istazzjonijiet tal-ferrovija Kings Cross u St. Pancras. Dan jiffacilita hafna t-tragit tal-pazjent meta jigi biex jmur ghal visti l-isptar. Il-binja hija imdawwra ukoll b’postijiet fejn wiehed jista jixtri l-bzonnijiet ta kuljum tieghu, supermarkets, restoranti u anke transport publikku. Hija vicin ukoll regent park sabiex il-pazjenti u l-familjari kollha jkollhom post fejn jirrilassaw.


Puttinu huwa xhieda li pajjiżna fejn tidħol it-tbatija huwa wieħed mill-iżjed postijiet ġenerużi fid-dinja. Bħala Puttinu Cares inħossuna responsabbli tal-fiduċja li l-poplu Malti u Għawdxi dejjem wera fina u rridu inħallu wirt li jibqa’ jintuża mill-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Għalhekk ħadna ħsieb u għamilna ħilitna kollha sabiex din il-propjetà tkun bla ċens u bil-permessi kollha f’posthom.
Dan il-proġett għandu jkun ta’ unur għal pajjiżna fejn anke l-barranin jistagħġbu bl-għaqal tal-poplu Malti u Ghawdxi. L-iskop ta’ dawn l-appartamenti dejjem jibqa’ sabiex il-pazjenti u l-familjari tagħhom jiffukaw fuq it-trattament u l-fejqan, filwaqt li Puttinu jerfa’ biċċa mill-piż tat-tbatija tagħhom billi joffrilhom serħan il-moħħ li se jsibu appartament dinjituż jistenniehom bla ma jħallsu xejn.


Illum il-ġurnata Puttinu Cares għandu 2 binjiet ġewwa Sutton li jinkludu 20 appartament u li bl-għajnuna tal-poplu Malti u Għawdxi huma imħallsa kollha. Il-flus ta’ din il-binja ħa jkunu maqsuma f’żewġ fażijiet, l-ewwel ix-xiri ta’ din il-binja, imbagħad ir-refurbishment sabiex tkun addattata għall-bżonnijiet tal-pazjenti. Dan il-proġett ħa jkun imħallas kif ġej: parti mid-donazzjonijiet li diġà nġabru mill-poplu Malti u Għawdxi waqt attivitajiet imtella’ minn Puttinu Cares, 5 miljun ewro li ingħataw mill-NDSF, kif ukoll self ta’ 10 miljun ewro mal-bank BOV sabiex ikunu koperti spejjeż u jsir ir-refurbishment biex jitlesta dan il-proġett dinjituż għall-pazjenti u l-familjari kollha.
Għal iktar informazzjoni ċemplu fuq Rennie 99672790 jew Angele 99670468 jew email: [email protected]