Aktar għajnuna għal pazjenti 🥰 Ir-rata ta’ pazjenti li jmorru l-Ingilterra għall-kura qed tkompli tiżdied. Matul is-sena li għaddiet, Puttinu ħadem bla waqfien biex niksbu l-permess għal sular ieħor fil-binja l-ġdida fiċ-ċentru ta’ Londra…u rnexxielna!! 🎉
Dan ifisser 29 studio apartments ġodda għall-pazjenti u l-familji tagħhom, sabiex ikollhom post sigur u komdu fejn joqogħdu waqt il-kura tagħhom. Inti tista’ tagħmel differenza! Id-donazzjoni tiegħek tgħin biex dawn l-appartamenti jitlestew u jintużaw mill-aktar fis. Ejja ngħinu flimkien! ❤️