It-18-il edizzjoni tal-Mixja ser issir fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka 6 ta April u l-Ġimgħa l-Kbira 7 ta April 2023. It-tluq huwa f’nofs il-lejl.

Din is-sena, ser nitilqu mill-Mellieha Pjazza tas-Santwarju, nghaddu mix-Xemxija, San Pawl il-Bahar, Pjazza tal-Mosta. Hdejn ic-cimiterju ta Hal-Lija, Wied ta Birkirkara, Wied ta l-Imsida, max-xatt tal-Pieta u nieqfu Furjana fuq il-Fosos.

Id-distanza hija ta’ ċirka 17-il kilometru, u ser tieħu, bejn wieħed u ieħor 4-5 sighat.

Donazzjoni ta’ €10 tinġabar mill-postijiet tat-tluq. M’hemmx għalfejn tibbukkja biex tingħaqad magħna.

Ser ikun hemm trasport b’xejn, Qabel il-Mixja jibda 10.30pm mill-Furjana sal-Mellieha u lura mill-Furjana ghall-Mellieħa wara l-mixja. Ibbukkja t-trasport billi ċċempel fuq 99991800 jew billi tħalli messaġġ fuq il-Facebook Page MIXJA GIMGHA L-KBIRA 2023