Il-President ta’ Puttinu Cares u l-Konsulent tant maħbub, Dr. Victor Calvagna, għadu kif ħalla din id-dinja 😭😭😭. Dr. Calvagna kien bniedem umli li ta ħajtu kollha lit-tfal morda u lill-ġenituri tagħhom li tant kien iħobb. Għallimna kif inkunu ta’ servizz għall-oħrajn mingħajr ma nistennew xejn lura. Grazzi tal-eżempji sbieħ u l-valuri li rawwimt fina. Ma ninsewk qatt u nibqgħu nħobbuk għal dejjem 💔💔💔

Kondoljanzi lil martu Carmen, uliedu Francesca u Rebecca, familjari u ħbieb kollha.

Dettalji taċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajtu ser jingħataw iktar ‘il quddiem.