*GRAZZI*
Hekk kif wasalna fit-tmiem ta’ din is-sena nixtiequ nirringrazzjawkom li għalkemm konnha f’distanza xorta waħda kontu ta’ pilastru għalina.
Bdejna s-sena billi komplejna ngħamlu ħajjet il-pazzjenti żgħażagħ u adulti żgħar aħjar, bl-inawgurazzjoni tal-kamra fenominali li ħloqna għalihom grazzi għall-isponsors u voluntiera kollha.
Ġiet fuqna l-pandemija u għalkemm l-attivitajiet ta’ Puttinu tħassru kollha, Puttinu ma waqafx ikun ta sapport għall-pazzjenti u familjari tagħhom. Grazzi talli kontu ta’ għinuna kbira għalina, u għintuna nkomplu mixjin il-quddiem filwaqt li ntaffu t-tbatija tal-pazzjenti fl-isptar kif ukoll fl-appartamenti tagħna fl-Ingilterra
.Grazzi lill-isponsors u voluntiera kollha li minkejja li ma kelniex attivitajiet dis-sena, xorta waħda taw u offrew is-servizz tagħhom b’xejn billi għamlu dawn iż-żminijiet ta’ festi kemm jista jkun felici għal dawk kollha li jinsabu l-isptar.
Grazzi tallu komplejtu turu l-fiduċja fuqna, flimkien nkunu nistgħu ngħinu ħafna nies. Grazzi talli intkom unici u minkejja kollox dejjem tnisslu tbissima fuq kulhadd.
J’Alla fis-sena 2021 nkunu nistgħu niltaqgħu flimkien, nkomplu nibnu iżjed memorji filwaqt li nkomplu b’ħidmietna għall-proġett il-ġdid ġewwa c-ċentru ta’ Londra u nkomplu ntaffu l-problemi socjali ta’ dawn il-familji.
Awguri għal sena mimlija mħabba, ferħ u saħħa, lilkom u lill-gheżież taghkom kollha.
B’ĦAFNA IMĦABBA LEJKOM.
Puttinu Cares