Nixtiequ nghidu GRAZZI mill-qalb lil Puttinu Cares ta’ l-ghajnuna kollha li tawna f’dan il-mument tant difficli ghall-familja taghna. Ghadna kif morna hamest gimghat l-Ingilterra biex it-tifel taghna ikun jista jiehu l-kura u qaghdna fil-flats ta’ Puttinu.

Progett imprezzabbli li dawk li jaghmlu uzu minnu jistghu jifhmu kemm min imexxi din l-organizzazzjoni veru jifhem x’inhuma il-bzonnijiet f’dan il-mument li il-familji jghaddu minnhom.~ Il-hsibijiet fuq il-mard specjalment fuq it-tfal huma kbar. Il- fatt li ma kellnix noqghodu nahsbu biex insibu fejn irridu noqghdu diga kienet bicca xoghol li nehhewlna minn fuq mohhna.~ l-ispejjez biex tikri huma wkoll kbar.

Biex tikri ghal hames gimghat mill -inqas tigik 3,500 sterlina minghajr ghadek ma missejt ma l-ikel etc.Prosit lil Puttinu u nheggu biex in-nies ikomplu jghinu min qalbhom lil Puttinu Cares halli jkomplu ghinu izjed familji.