Juan ilu diga sentejn li halliena, kien mar jiltaqa’ mal- Mulej il Hadd 23 ta’ Dicembru 2012. Halla vojt kbir minghajru. Xtaqna nkomplu nghinu lil ghaqdiet volontarji bhal ma kien jaghmel hu.

Ahna qattghajna 9 xhur shah fil flats ta’ Puttinu Cares f’ Sutton. Rajna mhabba u ghajnuna kbira mill membri ta’ din l ghaqda. Sibna saqaf fuq rasna ghal-familja kollha. Meta meta l-marda regghet giet lura Puttinu Cares raw li ma kien jonqsu xejn, staqsewna kellux bzonn li tigi xi teacher id-dar. Kellna Psikologa dejjem lesta li tghina w tara li nippreparaw ruhna ghat telfa ta’ Juan u kienet hemm ghalina wara wkoll.

Wara li Juan miet , missieru mar darbtejn Sutton sabiex jghin biex jarmaw ghamara ghal flats ta’ Puttinu. Dejjem inkunu prezenti f’ attivitajiet ta’ fund raising ghal Puttinu bhal Zejtun Beland festival, concerts in aid of Puttinu w ovvjament fil- maratona tal-Football. Sar DVD fuq il- hajja ta’ Juan li nbiegh u d-dhul mar kollu ghal Puttinu Cares. Issa nkiteb ktieb dwar Juan fejn jenfasizza li ghalkemm tkun taf li t- tmiem ta’ hajtek wasal ghandek tibqa’ tikkumbatti u thalli kollox f’ idejn Alla.

Fr. Eric Cachia jghid li Juan ghex l- ezempju ta’ San Gwann Bosco u bhal San Domenico Savio kien ta’ ezempju ghal zaghzagh ohra. Dun Eric juri x-x xewqa li tinbeda process ghal Beatifikazzjoni ta’ Juan Barbara. Il-ktieb jiswa €10.

Min irid jordna dan il-ktieb tistghu tibatu email bid-dettalji taghkom fuq [email protected]