Lejn l-ahhar tas-sena 2000 bdejt inhoss sintomi mhux normali. Dak iz-zmien kelli 9 snin. L-aptit beda jonqos drastikament fija; fl-ikel, fil-loghob ma’ shabi etc. Inqast hafna fil-piz u fil-grinda li dejjem kelli ghal-loghba tal-ballun u kont qed insiba difficli hafna biex nigri…spiccajt sahansittra norqod kull fejn inkun u beda tiela marki tat’tbengil madwar gismi.
Ghall-bidu t-tabib tal-familja beda jghidlilna li kien kollu fsied zejjed u x’aktarx sintomi tal-izvilupp. Pero’ il-genituri mill-ewwel ma kienux konvinti u l-ghada tal-Milied iddecidew li jihduli xi testijiet ta’ demm privat li min hemm irrizulta li kelli nmur l-isptar ghall-aktar testijiet medici. Jumejn wara, ezattament fid-29 ta’ Dicembru tawna l-ahbar li l-genituri tieghi qatt ma ‘ stennew, il-marda tal-Leukemia. Sa dak iz-zmien qass qatt ma kont smajt bil-kelma ahseb u ara xi tfisser. Niftakar ezatt il-kliem li uzajt mal-konsulent meta prova jispjegali dwar il-marda ; ” Aghmel li trid u li hemm bzonn basta ma twegganix ! “

Bdejna triq twila u difficli specjalment l-ewwel sena kienet iebsa hafna u mimlija tbatija. Bdiet il-kura mehtiega li thalilek sintomi xejn sbieh u bla sahha. kelli naqta mir-rutina ta’ kollox ; skola, hbieb, futbol etc. L-unika haga tajba li baqat l-istess kienet l-imhabba tal-genituri ul-bqija tal-familja li qatt ma telquni minuta wahdi u dejjem kienu ta’ kuragg. kelli wkoll nurses u tobba tal-genn u mill-aqwa li minkejja li tkun ghaddej min dik it-tbatija dejjem irnexxielhom iferhuni u jitfghu tbissima fuq wicci.
Appena ghaddew tliet snin ta’ trattament, ir-rutina ta’ hajti u tal-familja qabdet gejja ghan-normal, pero sena w nofs biss wara regghu tfaccaw l-istess sintomi u dhalt l-isptar ghat-testijiet tad-demm u f’kemm ili nghidlek ergajna hadna l-ahbar li l-kancer rega’ tfacca. Din id-darba kien ta’ xokk ikbar ghalija apparti l-genituri ul- familja ghax bdejt nifhem iktar u bdejt ingib quddiem  ghajnejha min xiex irrid nerga nghadddi. Kien fiz-zmien Mejju tal- 2005 u kell 13 – il sena.

Din id-darba l-hajja kienet kemm xejn aktar difficli u ma kellnix ghazla ohra hlief li nitla l-Ingilterra ghall-bone marrow transplant. kienu sitt xhur mill-aktar difficli u koroh tal-hajja ghalija u ghall-genituri tieghi, trid titlaq u tabbanduna l-kumplament tal-familja, il-hbieb u r-rutina tal-hajja. Ghalkemm qatt ma’ hallewni wahdi kemm familja kif ukoll hbieb ghax ukoll sabu cans jigu jzuruni gewwa Sutton. It-trattament mhu xejn facli u wisq inqas biex isib donatur. Naqqast kwazi nofz il-piz ghax aptit niekol ma kienx ikollu, apparti li tkun mugugh u xi kumplikazzjoniejiet ohra li kienu jinqalghu. Id-donatur instab, kienet Amerikana u bil-mod il-mod gismi beda jaccetta kemm it-trappjant kif ukoll il-kura mehtiega.

Dak iz-zmien Puttinu Cares kienu ghodu fil-bidu tal-fundazzjoni tieghu u kienet aktar difficli ghax ridna nsibu saqaf taht rasna li mhux daqshekk facli u ghaddejna tista tghid sitt xhur nigru min appartament ghall-iehor. Biex ma neskludix il-fatt li l-prezz tal-kera’ li kienu jhallsu l-genituri kien ghali. Id-differenza li rajt fi zmien sena kienet kbira. Puttinu kien lahaq beda jinvesti f’xi appartamenti gewwa Sutton u hekk sibna l-hajja aktar facli meta konna nitilghu ghall-vista kull sitt xhur. kien ikollna saqaf taht rasna lest u bla spejjez ta’ xejn.

Ghall-grazzja t’Alla wara l-maltemp jigi l-bnazzi u  ili kwazi 14 – il sena min mindu ghamilt il-bone marrow transplant u jekk Alla jrid f’inqas min sena ninghaqad fis-sagrament taz-zwieg.

Nixtieq nihu l-opportunita’ u nirringrazzja ‘l Alla li dejjem zamm idejh fuqi, il-genituri li dejjem kienu u ghodom ta’ spalla f’kull nifs li nihu, l-gharusa, huti u l-bqija tal-familja u sintendi nurses u tobba tad-dedikazzjoni u mhabba kbira li urew u tawni.