Wara li fis-6 ta’ Frar Antoine ċ-Ċavett flimkien mal-kok tiegħu Karl Micallef u l-kantant Mike Spiteri ħallew Malta biex fl-Awstralja jtellgħu fenkata kbira b’risq Puttinu Cares, fl-aħħar ħin ngħaddu l-flus kollha miġbura minn din l-attività.

Antoine f’kollegament dirett tkellem magħna u qalilna li jinsab verament kburi li din l-ikla li bdiet minn ħsieb wasslet biex tinġabar is-somma sabiħa ta’ A$18,405.

Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti huwa qal li s-somma miġbura żgur li se tkun qiegħda tgħin lil dawk fil-bżonn. Minħabba li din mhix l-ewwel darba li Antoine qiegħed jgħin b’mod dirett lil Puttinu Cares, hu deher xi ftit emozzjonat minħabba li ġab quddiem għajnejh uħud miċ-ċkejknin li jgħin matul is-sena kollha.

Source >>> http://inewsmalta.com/article.php?ID1=91375&fbclid=IwAR3NVZ7BKu3JRIWfTBHWI8Vkymuojn6X6zyi595YRL-s1BouEgjckuJ605U