Wara ħafna taqtih il-qalb U ġranet mitlufa fit-talb Wasal l-imbierek riżultat L-ikbar xokk ta’ ħajti jien ħadt Nixtieqkom tiġu sa l-isptar Biex il-Profs jagħtikom l-aħbar Ifemkom sew l-affarijiet Għax hemm bżonn aktar testijiet.L-Omm tinfaqa f’bikja kbira Kif ħadet l -aħbar hekk kiefra.
"Ma x' ġara? Għalfejn qed tibki? "
"Xejn hi, ma ġara xejn binti"
Taqbad tgħannaqha sew magħha Mbeżża’ li ma tibqax tagħha Ma’ telqitiex minn taħt idejha il-ħinkollu tħares f’għajnejha Familjari ħadu l-aħbar Lejn darha kulħadd tar u mar. Bdew jippruvaw jikkunslawha U kull sapport huma tawha. Wasal il-jum biex l-isptar tmur Biex ikellimha l-professur Miskin dan beda jlaqlaq żgur “Għall-kura barra din trid tmur”.
Ma ċċaqalqux minn bil-qegħda Għax b’din l-aħbar ħadu kedda ” Nagħmlu minn kollox , qalet l-omm Ħalli lil binti ħajja nżomm ” . Kelna bżonn ħafna għajnuna Il-Maltin flus kbar ġabrulna Sibna għajnuna wkoll mill-Gvern Għax ħajjietna kienet infern . Puttinu kien hemm għalina Fejn noqgħodu hu offrilna Fid-djar li ġabru mill-fondi Biex l-Ingilterra nkunu komdi. Komplewlha aktar testijiet Qabel l -operazzjonijiet Bil-kimo bdiet taqa’ xagħarha Xejn kambjament ma bdejt nara.
Ma flaħnihiex hekk mitluqha Li ntfajna t-tnejn nibku fuqha. “‘Ġesu’ ħu lili mhux lil binti Għadha żgħira w innoċenti ‘” .
Xhur għaddew u ħadna l -aħbar Li minn fuq binti l-kanċer mar. Grazzi kbira ngħidu minn qalbna Alla ħanin semgħa talbna.
Russell