Kont taf?
Kull xahar, madwar 80 pazjent jitilgħu l-Ingilterra għall-kura. Puttinu Cares għandu 20 appartament ġewwa Sutton li jintużaw bla ħlas mill-pazjenti. Dan kollu sar bis-saħħa tad-donazzjoni imprezzabbli tiegħek. Għin lil Puttinu Cares f’din il-maratona fil-Ġimgha l-Kbira sabiex flimkien inlestu l-proġett il-ġdid ġewwa ċ-Ċentru. 27 appartament ġdid għal iktar familji fil-bżonn.
X’tista’ tagħmel biex tgħin?
1. Ingħaqad magħna fil-Ġimgħa l-Kbira ghall-maratona ta’ Puttinu, live fuq TVM u stazzjonijiet oħra, il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu 2024, mid-9:15 sat-15:00 u mid-21:00 sa nofsilejl. Il-kontribuzzjonijiet kollha jiġu mħabbra matul il-maratona, u l-logo tal-kumpanija tiegħek, jew ismek jiġu murija waqt ix-xandira.
2. Sponsorja kamra: Kċina (€10,000), kamra tas-sodda (€5,000), jew kamra tal-banju (€2,500). Għal kull sponsor, titwaħħal plakka bl-isem tiegħek jew tal-kumpanija tiegħek f’wieħed mill-appartamenti.


