⏰ 
Is-17-il edizzjoni tal-Mixja ser issir fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira. It-tluq huwa f’nofs il-lejl.

📍 
Din is-sena, ser nitilqu minn żewġ postijiet: mill-pjazza tal-Mellieħa, u mill-pjazza tal-Mosta. Il-Mixja tieqaf ħdejn l-Aquarium Nazzjonali ġewwa l-Qawra.

👣 
Id-distanza hija ta’ ċirka 8 kilometri, u ser tieħu, bejn wieħed u ieħor, sagħtejn.

💶 
Donazzjoni ta’ €10 tinġabar mill-postijiet tat-tluq. M’hemmx għalfejn tibbukkja biex tingħaqad magħna.

🚌 
Ser ikun hemm trasport b’xejn, lura gall-Mellieħa jew għall-Mosta, wara l-mixja. Ibbukkja t-trasport billi ċċempel fuq 99991800 jew billi tħalli messaġġ fuq Facebook.

📍
Jekk inti minn Għawdex, ingħaqad magħna wkoll! Ċempel fuq 99891772 biex tibbukkja t-trasport.

📺
LIVE fuq l-istazzjonijiet kollha.
10:00 – 15:00 / 21:00 – 00:00


A Project Together for Malta

Puttinu has been taking care of children with cancer since 2022.  Before this time anyone who needed to go away for treatment had to see to their own accommodation, a necessity which ceased to exist after the purchase of twenty apartments in Sutton close to the Royal Marsden Hospital.  The youngest patient to go away for treatment was a tiny 4-day-old baby.  Over the years Puttinu has extended its services to cover adults and teenagers too and at the present time between 60 and 90 patients travel to the UK for treatment, most of them to central London.  The need was therefore felt for the purchase of a building closer to the centre so as to make another twenty or so apartments available for patients using hospitals there.

Another challenge is that property costing three million in Sutton is valued at thirty million in the centre.  It took a huge effort over a period of six years to find a building around ten minutes walking distance from Russell Square and close to the hospitals.  The building is freehold which is very rare in the centre of London and thus future generations will have the use of accommodation free of any burdens of debt or ground rent.  This project is one to be proud of and a credit to our canny generosity, the envy of nations much larger than ours.  The aim of the apartments will as always be for patients and their families to focus on treatment and recovery while Puttinu bears some of the load of their suffering by offering comfortable accommodation for free…. A HOME AWAY FROM HOME.


PROĠETT FLIMKIEN GĦAL MALTA

Puttinu beda fl-2022 sabiex jgħin it-tfal morda bil-kanċer. Kull min kellu bżonn isiefer għall-kura ried ifittex u jħallas appartament sabiex joqgħod fih matul iż-żmien li jkun Londra għall-kura. Għal dan il-għan Puttinu xtara 20 appartamentġewwa Sutton viċin Royal Mardsen Hospital.  L-iżgħar tifla li telgħet għall-kurakellha tlett ijiem.  Tul is-snin Puttinu fetaħ l-għajnuna għaż-żgħażagħ u l-adulti.  Fil-preżent bejn 60 u 90 pazjent isiefru l-Ingilterra għall-kura speċjalizzata kullxahar, fejn il-maġġoranza tal-pazjenti jmorru ġewwa ċ-ċentru ta’ Londra.  B’hekk inħass il-bżonn li tinxtara binja ta’ madwar 20 appartament ieħor sabiexbħalma sar f’Sutton, Puttinu, ikun jista’ joffri akkomodazzjoni b’xejn lill-pazjenti li jmorru fl-isptarijiet fiċ-ċentru ta Londra.  

Sfida oħra hija li proprjetà li tiswa 3 miljuni ġewwa Sutton, ġewwa ċ-ċentru ta’Londra tiswa 30 miljun.  Wara tfittxija intensiva u b’għaqal kbir, f’dawn l-aħħar6 snin, instabet binja li qiegħda 10 minuti bil-mixi minn Russel Square u viċintal-isptarijiet.  Il-binja hija bla ċens li hija xi ħaġa diffiċli immens fiċ-ċentru ta’Londra u b’hekk il-ġenerazzjonijiet li ġejjin isibu proġett bla dejn u bla ċens.  Dan il-proġett għandu jonora lill-pajjiż fejn anke l-barranin jistagħġbu bl-għaqal tal-poplu Malti.  L-iskop ta’ dawn l-appartamenti dejjem jibqa’ sabiex il-pazjenti u l-familjari tagħhom jiffukaw fuq it-trattament u l-fejqan, filwaqt li Puttinu jerfa’ biċċa mill-piż tat-tbatija tagħhom billi joffrilhom serħan il-moħħ li se jsibu appartament dinjituż jistenniehom bla ma jħallsu xejn.  HOME AWAY FROM HOME.