Grazzi Rebecca!
Grazzi hi l-kelma
kif niftakar fik,
Grazzi hi l-karba
Ta’ qalbi għalik.
X’tagħlimiet tajtni
Fi żmienek fl-isptar!
Kemm barkiet bgħattli
billejl u bin-nhar!
Is-skiet qalbienili
jiddistingwik,
qalbek tant kbira
għerfek li jmexxik.
Għallimtni ħaġa
Li t-tajjeb jidher,
Anki jekk sieket
Tassew li jikber!
Għallimtni l-ħlewwa
s-smiegħ u r-rispett,
għallimtni nitlobb
l-imħabba fuq nett!
Għallimtni niżfen
Żifnet il-ħajja,
Għallimtni nibqa’
inħobb f’kull ġrajja.
Għallimtni nagħraf
Li ż-żmien hu rigal,
Għallimitni nħejji
Għar-riħ fil-grigal.
Rebecca suldat
Mhux biss tal-bnazzi,
Għall-kuraġġ tiegħek
Jien ngħidlek GRAZZI!
Patri Mario Attard OFM Cap
3 ta’ Jannar 2021
Ibierkek Alla li jista’ kollox fl-Isem tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen.
Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Amen.