Donate Now
Puttinu Cares - CountDown Marathon
:::Puttinu Cares Foundation ::: Search
Untitled Document
Donation via SMS
5061 8939 to donate €6.99
Donation via Telephone
5160 2007 to donate €10
5170 2006 to donate €15
5180 2008 to donate €25
IL -KANĊER

Wara ħafna taqtih il-qalb U ġranet mitlufa fit-talb Wasal l-imbierek riżultat L-ikbar xokk ta' ħajti jien ħadt Nixtieqkom tiġu sa l-isptar Biex il-Profs jagħtikom l-aħbar Ifemkom sew l-affarijiet Għax hemm bżonn aktar testijiet. 

L-Omm tinfaqa f'bikja kbira Kif ħadet l -aħbar hekk kiefra. "Ma x' ġara ? Għalfejn qed tibki? " " Xejn hi, ma ġara xejn binti " Taqbad tgħannaqha sew magħha Mbeżża' li ma tibqax tagħha Ma' telqitiex minn taħt idejha il-ħin kollu tħares f'għajnejha Familjari ħadu l-aħbar Lejn darha kulħadd tar u mar. Bdew jippruvaw jikkunslawha U kull sapport huma tawha. Wasal il-jum biex l-isptar tmur Biex ikellimha l-professur Miskin dan beda jlaqlaq żgur "Għall-kura barra din trid tmur". 
Ma ċċaqalqux minn bil-qegħda Għax b'din l-aħbar ħadu kedda " Nagħmlu minn kollox , qalet l-omm Ħalli lil binti ħajja nżomm " . Kelna bżonn ħafna għajnuna Il-Maltin flus kbar ġabrulna Sibna għajnuna wkoll mill-Gvern Għax ħajjietna kienet infern . Puttinu kien hemm għalina Fejn noqgħodu hu offrilna Fid-djar li ġabru mill-fondi Biex l-Ingilterra nkunu komdi. Komplewlha aktar testijiet Qabel l -operazzjonijiet Bil-kimo bdiet taqa' xagħarha Xejn kambjament ma bdejt nara. 
Ma flaħnihiex hekk mitluqha Li ntfajna t-tnejn nibku fuqha. "'Ġesu' ħu lili mhux lil binti Għadha żgħira w innoċenti '" . 
Xhur għaddew u ħadna l -aħbar Li minn fuq binti l-kanċer mar Grazzi kbira ngħidu minn qalbna Alla ħanin semgħa talbna .
Russell 

 
IL -KANĊER
 

 

Copyright 2014 Reserved - Puttinu Cares Foundation
:::Puttinu Cares Foundation ::: Footer | Get in Touch | OnLine Donations | Privacy Policy | Disclaimer |
donate now