Donate Now
Puttinu Cares - CountDown Marathon
:::Puttinu Cares Foundation ::: Search
Untitled Document
Donation via SMS
5061 8939 to donate €6.99
Donation via Telephone
5160 2007 to donate €10
5170 2006 to donate €15
5180 2008 to donate €25
Jippreferi jkompli jittrenja l-boxing.

Wara trattament tal-kimoterapija l-pazjenti ġeneralment jistrieħu, iżda Miguel, tifel ta’ 8 snin li jbati mill-marda tal-lewkemja, jippreferi jkompli jittrenja l-boxing.   

Ftit ġimgħat ilu, it-tobba qalu lil Miguel u l-kumplament tal-familjari tiegħu li għalkemm ftit żmien ilu kien fieq, il-kanċer reġa’ tfaċċa.

Madanakollu, għal Miguel, l-iktar ħaġa li nkwetatu kienet jekk hux se jkun jista’ jkompli jipprattika l-isport li tant hu għal qalbu, il-boxing.

Billi Miguel kellu jerġa jidħol l-isptar għall-kura u għalhekk ma setgħax ikompli jmur jitrenja fil-gym, l-għalliem tiegħu beda jiġi jgħallmu f’Rainbow Ward stess.

Ommu spejgat kif lejliet il-ġurnata li daħal l-isptar Miguel xorta mar it-training bit-tama’ li meta joħroġ jerġa jingħaqad ma’ sħabu tal-gym. 

Qalet li l-ħolma ta’ Miguel hi li jikkompeti f’kampjonijiet internazzjonali tal-boxing.  

Ma’ Newsbook.com.mt tkellmet ukoll in-nanna ta’ Miguel li qalet kif in-nannu tiegħu kien boxer popolari u kif Miguel jixtieq li jsir bħalu.

Id-determinazzjoni ta’ Miguel tispikka u tagħti wkoll kuraġġ lil dawk ta’ madwaru.

Dan it-tifel b’tant determinazzjoni saħaq li “il-boxing hu kollox u mingħajru ma ngħix.”

Miguel ilu jiġġieled il-marda tal-lewkemja għal dawn l-aħħar 6 snin.

Bħalissa Miguel, bl-għajnuna ta' Puttinu Cares qed jistenna biex fi Frar jew f’Marzu jitla’ l-Ingilterra għal trapjant ta’ mudullun. 

Source:  NewsBook.com.mt

 
Jippreferi jkompli jittrenja l-boxing.
 

 

Copyright 2014 Reserved - Puttinu Cares Foundation
:::Puttinu Cares Foundation ::: Footer | Get in Touch | OnLine Donations | Privacy Policy | Disclaimer |
donate now