Donate Now
Puttinu Cares - CountDown Marathon
:::Puttinu Cares Foundation ::: Search
Untitled Document
Donation via SMS
5061 8939 to donate €6.99
Donation via Telephone
5160 2007 to donate €10
5170 2006 to donate €15
5180 2008 to donate €25
Jagħtu qawwa 'sopranaturali' lit-tfal morda

Bħalissa Puttinu għandu ħolma, li t-tfal li qed jirċievu l-kimoterapija, għal ftit taż-żmien iħossuhom b'saħħithom daqs Batman, Superman.

Dan għaliex, permezz ta' kaxex speċjali, se jkunu qed jagħtuhom din il-'qawwa.'

Fuq Facebook il-Kumitat taż-Żgħażagħ ta’ Puttinu Cares għamel ritratt ta’ kaxex li bihom jistgħu jgħattu l-borża li tkun qed tagħti l-kimoterapija lit-tfal fl-isptar.

Dawn il-kaxex huma kkuluriti b’stampi tal-karattri favoriti tat-tfal.

Ma’ Newsbook.com.mt, Angele Cuschieri, il-Viċi-Chairperson ta’ Puttinu, qalet li permezz ta’ dawn il-kaxex it-tfal jaħsbu li qed jirċievu qawwa 'sopranaturali'.

Angele qalet li ħafna Maltin irrispondew għal din il-proposta iżda milli jidher m’hemm ħadd li jagħmilhom Malta.

Kompliet tgħid li sabiex isiru l-kaxex, hemm bżonn għamla partikolari.

F’isptar fl-Istati Uniti, din l-idea kienet ta’ suċċess kbir mat-tfal morda.

Il-persuna li kienet għamlet dawn il-kaxex għal dan l-isptar m’għadix tagħmilhom.

Għalhekk Puttinu qed jappellaw għall-għajnuna tal-Maltin u l-Għawdxin li forsi għandu kumpanija biex jekk xi ħadd ikun jista’ jagħmel dawn il-kaxex ikun jista’ jikkuntattjahom fuq info@puttinucares.org.

Source: NewsBook.com.mt

 
Jagħtu qawwa 'sopranaturali' lit-tfal morda
 

 

Copyright 2014 Reserved - Puttinu Cares Foundation
:::Puttinu Cares Foundation ::: Footer | Get in Touch | OnLine Donations | Privacy Policy | Disclaimer |
donate now