Donate Now
Puttinu Cares - CountDown Marathon
:::Puttinu Cares Foundation ::: Search
Untitled Document
Donation via SMS
5061 8939 to donate €6.99
Donation via Telephone
5160 2007 to donate €10
5170 2006 to donate €15
5180 2008 to donate €25
€5,000 jinġabru minn mixja u car wash

€5,000 jinġabru minn mixja u car wash li ttellgħu f’Għawdex b’risq Puttinu Cares

€5,000 nġabru b’risq Puttinu Cares minn mixja u car-wash li ttellgħu għal din il-kawża ġusta mill-Impjegati tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat ta’ Puttinu Cares f’Għawdex.

Il-mixja ta’ solidarjeta’ bdiet mill-entratura prinċipali tal-Isptar ta’ Għawdex sas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, filwaqt li l-ħasil tal-karozzi dam għaddej ġurnata sħiħa fil-parkeġġ ewlieni tal-istess sptar.

Is-Sur Paul Buttigieg, Manager Nursing Services u Chairman tal-Kumitat Organizzattiv qal li din il-mixja sinifikattiva wasslet messaġġ ta’ tama, appoġġ u solidarjeta’ ma’ dawk morda bil-kanċer.

Il-Kumitat ta’ Puttinu Cares f’Għawdex rringrazzja lill-Kumitat tal-Impjegati tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, lill-voluntiera kollha kif ukoll lill-isponsors – All Care, Technoline, Taċ-Ċallu Water Supply, Gozo Vision Studio u Reel8 Productions Ltd.

 

Photos

€5,000 jinġabru minn mixja u car wash
 

 

Copyright 2014 Reserved - Puttinu Cares Foundation
:::Puttinu Cares Foundation ::: Footer | Get in Touch | OnLine Donations | Privacy Policy | Disclaimer |
donate now