Donate Now
Puttinu Cares - CountDown Marathon
:::Puttinu Cares Foundation ::: Search
Untitled Document
Donation via SMS
5061 8939 to donate €6.99
Donation via Telephone
5160 2007 to donate €10
5170 2006 to donate €15
5180 2008 to donate €25
Kuragg Habib

Jiena tifla ta' tnax–il sena. Issa ili Wonderland madwar tliet gimghat u drajt lil kulhadd. Qatt ma hsibt li tista' ma tkunx f'sahhtek u xorta tkun kuntenta. Imma issa nista' nghid xort' ohra. Hawnhekk ser innizzel xi punti u nies li ghamluli kuragg.

Qabel xejn, jiena kont ilni gimgha Disneyland naghmel xi testijiet, qabel irrizulta li ghandi Lymphoma. Ghal bidu hsibt li ser indum gurnata, forsi jumejn jew gimgha, izda hadd ma semmieli zmien u meta nistaqsi 'l genituri kemm ser indum biex nerga immur l- iskola, ma kienu jghiduli xejn.

Ghamilt 'biopsy' u l-ewwel li kienu jafu r-rizultat, sintendi, kienu ommi u missieri. Ghajtulhom it-tobba, u sakemm gew lura biex jghiduli dak li saru jafu, ma waqaftx nitrieghed, nibki u nitlob. Meta gew raddejt is-salib u kull ma qaluli kien li hemm kura ghal marda tieghi imma li se nohodha f'sala ohra – f'Wonderland. Ma ridtx nitlaq. Lit-tobba u lin-nurses ta' Disneyland kont inhobbhom hafna, izda ma stajtx naghmel mod iehor, u siegha wara ghajtuli biex immur Wonderland.

Il-kamra tieghi kienet 'Room 4'; kamra mill-isbah, b'kumdita enormi: gallarija, T.V., DVD, Playstation, sodda ghall-genituri u ohra ghalija titla' u tinzel bir-remote control. Dawruni ma' Wonderland u wrewni il- Computer Lab, kcina moderna, playroom u mbaghad offrewli ukoll Laptop biex nuzah fil-kamra tieghi ! Kif stajt inkun imdejqa ? Madanakollu, ma kontx ghadni naf li ghandi kancer.

Dak in-nhar fil-ghaxija, giet tarani ohti. Ma kinitx taf, u dak il-hin fetlilha tghid. 'Habibti qaltli, li l-pazjenti ta' Wonderland ikollhom kancer.' Jiena mmutajt ghax hadt xokk qawwi u ghal dak il-hin ma tkellimt xejn. Missieri hareg ikellem lil ohti barra. Htaft l-okkazzjoni u staqsejt lil ommi. 'Ma vera li qalet ohti?' 'Imma ghaliex ser thalli kelma tinkwetak?' qaltli. Ergajt staqsejtha ' Imma veru ma?' 'It-tabib dik il-kelma semmilna.' Qaltli ommi. Infqajt nibki u ommi ghanqitni. Hassejtha izzomm il-piz tal-problema u tipprova ma tibkiex hi ukoll. 'Meta kont Disneyland, l-istess haga kellek,' kompliet tghidli mbaghad. 'It-tabib qalilna li ghandna kura ghalik u ser tiehu ftit fit-tul, imma ser tghaddi wkoll.' Ghal dak in-nhar, bqajt xi ftit imdejqa, izda sa l-ghada stess, kont diga' accejtajtha. M'ghandekx ghalfejn tkun xi gharef, zomm din f'mohhok :Tacetta jew ma tacettax, m'int ser tbiddel xejn. Kif qaltli ommi, kelma ma fiha xejn minn xiex tibza, dik kelli u dik ghandi. Ghalxejn ma taccettax.

L- ghada bdejt niehu l- pilloli u xi jumejn wara hadt x-ray. Wrewni r- ritratt u diga' deher li kien hemm progress. Hassejtni tassew furtunata. Punt iehor importanti:Kun kuntent bil- progressi. Il- hajja mhux kollha ward u zahar. Filli fuq u filli taht. Trid tibqa tiggieled !

Wiehed min- nurses qalli xi haga u z-zmien tah ragun. Kemm hawn nies ihobbuk li ma tafx bihom u li tista' tiskoprihom f'esperjenza bhal din. U mhux ir- rigali u l- kartolini juruk. Dawn affarijiet sbieh u li jibqghu tifkira, imma l- kliem ta' kuragg u t- talb jinhassu l- izjed. Mhux ser nikteb ismijiet ghax il- lista twila wisq u ninsa lil xi hadd. Dan punt importanti hafna : Uri li taprezza dak li jaghmlu mieghek, billi tghid grazzi, jew anke jekk titbissem biss. U Gesu' jpattilek ghax meta jghannquk jew jitbissmulek lura timtela b' kuragg u paci tassew.

Wahda mill-iktar affarijitet li jdejquni huma l-pilloli u l-misturi, specjalment jekk inkun xi ftit imdardra. Il-genituri ghenuni f'din il-haga. Qaluli ' Iddum kemm iddum thares lejhom, tohodhom trid, ghax minghajrom ma tfiqx, issa, jew hames minuti ohra, xorta ser tghaddi minnha. Tittorturax ruhek ghalxejn !'

Fuq l-internet qrajt li bejn wiehed u iehor, tifel/tifla minn kull sitt mija u hamsin ikollu kancer. F'qalbi ghidt ' Kemm jien sfortunata, fuqi kellha tigi !' Qghadt nahseb fuqha l-haga u nfqajt nibki. Missieri gie jara x'gara u meta ghidltu qalli ' Persentagg kbir minn dawk li jifdal, ikollhom problemi fil-familja, ohrajn problemi differenti ta' mard kroniku, ohrajn ikunu vittmi ta' kriminalita jew abbuzi. Ftakar li kull tliet sekondi imutu tifel jew tifla minhabba l-faqar.' Dan il-kliem ghamilli kuragg. Mela miniex wahdi. Mela m'ghandix ghalfejn nistaqsi ' Imma ghaliex jien, ghaliex lili ?' Mela kull ma nista' nghid hu : Kemm jien fortunata li Alla tani l-gherf li nifhem dan kollu u naghmel kuragg.

Ismaghni habib, li jkollok din il-marda m'hijiex xewqa li tkun tixtieq izda minn kull esperjenza fil-hajja, tista tohrog il-posittiv. Ftakar fin-nies li jhobbuk, fi shabek ta' l-iskola, fin-nurses jitbissmu u t-tobba jaghmlu minn kollox biex ifejquk minghajr ma jghadduk minn hafna tbatija. Ftakar f'min hu ghar minnek u itlob ghalih. Fuq kollox ibqa' hares lejn il-posittiv u meta jigik hsieb negattiv zomm f'mohhok din il-frazi :

Never listen to your fears, listen to your faith.

 

Photos

Kuragg Habib
 

 

Copyright 2014 Reserved - Puttinu Cares Foundation
:::Puttinu Cares Foundation ::: Footer | Get in Touch | OnLine Donations | Privacy Policy | Disclaimer |
donate now