Donate Now
Puttinu Cares - CountDown Marathon
:::Puttinu Cares Foundation ::: Search
Untitled Document
Donation via SMS
5061 8939 to donate €6.99
Donation via Telephone
5160 2007 to donate €10
5170 2006 to donate €15
5180 2008 to donate €25
Marathon 6th Edition 2010

The Puttinu Cares Football Marathon is nearly here again .. 60 hours of non stop football in order to help young cancer patients!

Venue: Marsa Sports Complex
Dates: Kick off on Friday 23th April at 10am until Sunday 25th April at 10pm

----------------------------------------------------------------------------------------------------

 

Is-sitt Maratona tal-Futboll ta’ 60 siegħa ta’ Puttinu seħħet fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa bejn il-Ġimgħa 23 u l-Ħadd 25 ta’ April 2010, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS). L-ewwelnett nixtiequ nirringrazzjaw lill-familji kollha, l-isponsors u l-voluntiera, l-oqsma tal-media li appoġġjawna u lil dawk kollha li b’xi mod għenu biex din is-sitt Maratona Futboll tkun suċċess kbir u minghajr ma pretendew xejn lura. Ma kienx ikun possibli li maratona bhal din titla minghajr l-generozita ta kumpaniji u indiviwi li provdew is-servizz taghhom b’xejn li kien jammonta ghal eluf kbar ta ewro.

 

Is-somma migbura matul is-60 siegħa maratona baqghet tiela u lahqet ic-cifra ta’ EUR 401, 265 sal-ġurnata tal-lum. Is-somma nġabret mil-linji tat-telefown, sms, mit-timijiet tal-futboll, mid-dħul tal-bar, u mid-donazzjonijiet tal-pubbliku inġenerali u ta’ entitajiet oħrajn. Bl-ammont migbur, Puttinu ser ikun jista jibda l-holma tieghu li jibni blokk t’appartamenti gewwa Sutton. Din is-sena m’ghamilna l-ebda target ta kemm nixtiequ flus. Minflok ifokajna l-energija taghna biex inzidu l-awareness fuq din il-kawza gusta. Meta tara l-ammont ta nies li attendew bi hgarhom din il-maratona nistghu nghidu li ahna sodisfatti li l-ghan ta din is-sena ilhaqnih. Ahna kuntenti immense bis-somma migbura waqt il-maratona u ghalina hija konferma li n-nies ghandhom fiducja fina. Nwehduhom li dawn il-flus ha jigu nvestiti bl-akbar serjeta biex inkomplu innaqqsu t-tbatijeit ta dawk in-nies li jkollhom bzonn isiefru.

F’dan l-avveniment ipparteċipaw 800 tim. Matul il-maratona kollha ergajna rajna kemm hu b’sahhtu l-volontarjat f’Malta. Il-voluntiera kollha servew u ghamlu festa mill-isbah fil-Marsa b’ferh, bil-qlb u bit-tbissima fejn kulhadd seta jara li l-impossibli ghamluh possibli.

It-trasmissjonijiet diretti fuq Education 22, NET, ONE, Favourite u Calyso s-Sibt u l-Ħadd, taw kontribut siewi ħafna biex jinġabru l-fondi. Madanakollu, dan is-suċċess xorta ma kienx ikun possibli li kieku ma gawdejniex mill-ġenerożità kbira ta’ bosta gurnalisti li ghamlu rapurtaġġ eċċellenti, l-appoġġ li tawna preżentaturi individwali, il-ġurnali, u stazzjonijiet tar-radju u TV.

Konna onorati biż-żjarat tal-Eċellenza tiegħu Mons. Pawlu Cremona, l-Arċisqof ta’ Malta, tal-Eċellenza tiegħu l-President tar-Reubblika Dr George Abela, tal-Prim Ministru Dr Laurence Gozi, u tal-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Joseph Muscat u s-Sinjura tiegħu Michelle Muscat. Il-poplu Malti u Ghawdxi ghandu jkun kburi li Malta ghandha nies jirraprezentaw il-pajjiz taghna li jhobbu u jemmnu fil-familja Maltija, filwaqt li jinkoragixxu l-volontarjat bis-sapport taghhom.

Puttinu Cares hija rreġistrata bħala NGO, bin-numru ta’ reġistrazzjoni VO/0087. Rendikont finanzjarju vverifikat mill-awditur ikun ippubblikat u aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali. Fil-gimghat li ġejjin, il-Kumitat Puttinu Cares jiltaqa’ biex jagħmel evalwazzjoni u jiddiskuti proġetti għall-ġejjieni.

Nixtiequ nenfasizzaw li d-donazzjonijiet jinġabru biss minn persuni awtorizzati ta’ Puttinu Cares, mil-linji telefoniċi u tal-sms apposta għad-donazzjonijiet, u permezz tal-kont tal-bank. Tagħtux flus lil nies li qed jiġu jħabbtu l-bibieb biex jiġbru l-flus.

Rennie u Angele.

 

 

Photos

Marathon 6th Edition 2010
 

 

Copyright 2014 Reserved - Puttinu Cares Foundation
:::Puttinu Cares Foundation ::: Footer | Get in Touch | OnLine Donations | Privacy Policy | Disclaimer |
donate now